Huwa fatt maghruf illi l-akbar devozzjoni lejn Sant’ Andrija f'pajjizna tinsab fir-rahal ta' Hal Luqa. Fil-fatt, tajjeb insemmu illi l-qima lejn Sant’ Andrija f’rahalna tmur lura ghal aktar minn 500 sena fejn fl-1497 insibu l-ewwel referenza ghall-kappella iddedikata lil Sant’ Andrija. Fil-bidu tas-seklu 17 tpitter il-kwadru titulari l-antik mill-pittur Filippo Dingli li juri lill-Immakulata Kuncizzjoni flimkien ma’ Sant’ Andrija u San Pawl. Hal Luqa saret Parrocca fil-15 ta’ Mejju ta’ l-1634 u mill-ewwel bdiet tinbena knisja akbar iddedikata lill-patrun tar-rahal. Fl-1715, tul il-parrokat ta’ Dun Injazju Agius, ingiebet ir-relikwija ta’ Sant’ Andrija mill-Monasteru ta’ San Fabjan u San Sebastjan ta’ Ruma. Il-knisja l-gdida giet ikkonsagrata nhar is-7 ta’ Dicembru tal-1783 mill-Isqof Vincenzo Labini. Matul is-snin, il-knisja parrokkjali taghna kompliet tissebbah b’diversi opri artistici, xiehda tal-imhabba kbira li l-poplu kellu lejn Sant’ Andrija. L-aktar zewg affarijiet ghal qalbna huma bla dubju ta’ xejn il-kwadru titulari u l-vara artistika ta’ Sant’ Andrija.
Il-kwadru titulari ta’ Sant’ Andrija tpitter minn Mattia Preti, u jgib id-data ta’ l-1687. Dan il-kwadru jirraprezenta lil Sant’ Andrija Appostlu, marbut ma’ salib
L-istatwa ta’ Sant’ Andrija giet mahduma mill-iskultur Giuseppe Scolaro fl-1779 fuq disinn ta’ Giuseppe Bonnici. Fil-fatt, l-Isqof Vincenzo Labini jsemmi din l-istatwa lesta hdejn il-fonti tal-maghmudija matul iz-zjara tieghu fl-1781. Din l-istatwa turi lil dan il-qaddis ihaddan is-salib li wasslu ghall-glorja tal-qdusija permezz tal-martirju. Ghalhekk fl-ikonografija artistika ta’ dan il-qaddis, sewwa sew fil-vara artistika ta’ Hal Luqa, narawh qed ihaddan dan is-salib maghmul
Il-festa liturgika ta' Sant' Andrija Appostlu tigi iccelebrata madwar id-dinja kollha nhar it-30 ta' Novembru. Fl-ewwel snin mit-twaqqif tal-Parrocca ta'
Sant' Andrija Appostlu
2009
L-ewwel referenza lejn il-gimgha l-Kbira f’Hal Luqa insibuha fl-1775, fejn fit-28 ta’ Mejju ta’ l-istess sena, certu Marija Rosa Ellul halliet fit-testment taghha dar lil huha bil-kundizzjoni li jaghmel statwa tal-Veronika. Din l-istess statwa kellha tinzamm fid-dar, u fiz-zmien tal-Gimgha Mqaddsa kellha tittella’ l-Knisja. B’hekk il l-purcissjoni f’Hal Luqa ilha ssir ‘il fuq
L-ewwel vari li jissemmew inhadma ghall-ahhar snin tas-seklu 18. Jinghad li l-Kurcifiss li jinsab fis-sagristija llum il-gurnata huwa l-unika vara li ghad baqa’ mis-sett originali. Fl-1830, il-Belti Giuseppe Vella irrestawra xi vari (tas-sett originali) u hadem ohrajn godda, fosthom dik ta’ Kristu fl-Ort, l-Ecce Homo, ir-Redentur, u l-Veronika. Vincenzo Decandia hadem il-Monument fl-1884, filwaqt li Karlu Darmanin hadem l-erba’ angli li jinsabu ma’ l-
Dawn il-vari garbu diversi hsarat fit-Tieni Gwerra Dinjija meta l-mahzen fejn kienu qieghdin intlaqat mill-bombi. Kif spiccat il-gwerra, sar xoghol ta’ restawr
Fil-Purcissjoni, jiehdu sehem ukoll ghad ta’ persunaggi Bibblici, li zdiedu b’ritmu mghaggel wara l-ahhar Gwerra Dinjija. Is-sehem tal-baned ukoll kien wiehed importanti sa mill-bidu tat-twaqqif taghhom fl-1880 u fl-1883. Mill-1953, iz-zewg baned ma baqghux idoqqu flimkien kif kienu jghamlu qabel, izda bdew jalternaw is-sevizz sena b’sena. Fl-1979 inbdiet l-uzanza li waqt il-hrug tal-purcissjoni il-Banda li tkun qed taghti s-servizz taghha taghmel programm ta’ muzika Sagra fuq iz-zuntier, u wara takkumpanja l-Purcissjoni, billi timxi ezatt qabel il-Vara l-Kbira.
Ref: Hal Luqa, Niesha u Grajjietha – Dun G. Micallef
Hajr lil J. Grima ghal xi ritratti li jidhru f’din is-sezzjoni
TAL-GIMGHA MQADDSA
2009