Sant’ Andrija twieled gewwa Bethsaida fil-Galilea, u aktar tard huwa ghex fil-belt ta’ Capernaum. Indri’ kien sajjied bhal huh Xmun Pietru, u qabel ma’ sar l-ewwel Appostlu maghzul minn Kristu, huwa kien dixxiplu tal-Battista. Fil-fatt, Sant’ Andrija huwa msejjah ‘Protocletos’ – il-maghzul ewlieni. Kien Indri’ stess li mar qal lil hux Xmun li huwa kien sab il-Messija, u li aktar tard sar l-ewwel Papa. Fil-Vangeli insibu li Sant’ Andrija kien prezenti f’diversi okkazjonijiet importanti fil-hajja pubblika ta’ Sidna Gesu’ Kristu, fosthom waqt il-miraklu taz-zewg hutiet u l-hames hobziet.
Skond it-tradizzjoni, wara li Gesu’ tela’ s-semgha, l-Appostli kollha inferxu sabiex ixandru l-Kelma t’Alla u propju Sant’ Andrija jinghad li ppriedka gewwa l-Asia Minuri, f’Scythia tul il-Bahar l-Iswed, fil-Cappadocia, il-Galatia, il-Macedonia u f’Achaia. Huwa kien l-ewwel Isqof ta’ Byzantium, li aktar tard dan gie maghruf bhala l-Patrijarka ta’ Kostantinopli.
Sant’ Andrija ha l-martirju gewwa l-belt ta’ Patras fl-Achaia (il-Grecja). Huwa gie marbut ma’ salib maghruf bhala Crux decussata forma ta’ (X). Is-sena aktarx li kienet dik 60 W.K. waqt ir-renju tal-gvernatur Ruman Aegeas. Indri’ dam tliet ijiem jippriedka fuq is-salib sakemm miet nhar it-30 ta’ Novembru. Maximilla, il-mara tal-gvernatur Aegea li kienet ikkonvertiet ghall-Kristjanezmu, hadet il-gisem mejjet ta’ l-Appostlu u difnitu. Il-fdalijiet tal-Qaddis gew trasportati minn Patras ghal Kostantinopli, ezattament fil-Knisja tal-Appostli fis-sena 357 W.K. Aktar tard insibu li xi fdalijiet tal-Qaddis gew trasportati gewwa l-belt t’Amalfi (l-Italja) mill-Kardinal Pietru ta’ Capua. Uhud mir-relikwi li kienu jinstabu fil-Vatikan gew moghtija lura lill-Kattidral ta’ Sant’ Andrija gewwa Patras mill-Papa Pawlu VI fl-1964. B’hekk, il-lum il-gurnata wiehed jista’ jsib il-fdalijiet tas-salib u parti mir-ras tal-Qaddis gewwa Patras, filwaqt li diversi relikwiji ohra jinsabu meqjuma gewwa Amalfi, Ruma, l-Iskozja u pajjizi ohra.
Sant’ Andrija huwa l-patrun ta’ l-Iskozja, il-Grecja, ir-Russja, ir-Rumania, Amalfi u fl-ahhar u mhux l-anqas tar-rahal ghaziz taghna Hal Luqa. Huwa wkoll il-protettur tas-sajjieda u l-bejjiegha tal-hut. Il-festa Liturgika tal-Qaddis tigi ccelebrata nhar it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena kemm fil-Knisja Kattolika Rumana kif ukoll dik Ortodossa.