PARROCCA SANT' ANDRIJA

Hal Luqa A.D. 1634

MERHBA

 
F'dan is-sit, wiehed jista' jimrah fl-istorja tal-Parrocca ta' Hal Luqa, li sa mill-eqdem zminijiet kienet iddedikata lil Sant' Andrija Appostlu.  Permezz tar-ritratti u l-grajjiet l-iktar importanti, wiehed jista' japprezza aktar dak kollu li ghaddiet minnu l-Parrocca ta' Hal Luqa.  Barra min hekk, f'dan is-sit wiehed jista' jsegwi dak kollu li jkun qed jigi organizzat fi hdan il-Parrocca.

festa 2009 ...

 

 IT-TEMPJU ANDREAN
Imzejjen bl-isbah opri artistici ghas-solennita' ta' Sant' Andrija Appostlu
Patrun u Protettur Ewlieni ta' Hal Luqa

awgurju ...

Il-Kappillan u l-Kleru tal-Parrocca jawguraw lil kulhadd
IL-FESTA T-TAJBA

 

Ejjew inkomplu nitheggu sabiex fix-xhur li gejjin nghalqu l-festi kbar tat-375 sena parrocca u nifthu s-sena cinkwantinarja ta' l-1950 sena mill-martirju u d-dhul fis-sema ta'
SANT' ANDRIJA APPOSTLU

30 ta' Novembru
A D 60  -  2010

375 sena anniversarju ...

Programm ta' l-attivitajiet fl-okkazjoni tas-sena anniversarja - Aghfas Hawn

Tifkiriet ghall-bejgh fl-okkazjoni tat-375 sena anniversarju - Aghfas Hawn

___________________________________________________________________________________

 

 

ITOLBU BLA WAQFIEN (Rum 12:12`)

Il-Qalb miftuha ta’ Gesu’ Kristu turina disponibilta’ shiha ghal dawk il-mumenti ta’ Talb, frak tad-deheb, issimboleggati permezz ta’ Stola lewn id-deheb, u ta’ xi kotba tat-talb, ta’ l-adorazzjoni, u tal-kant.

Ejjew naghrfu li l-Ghaqda taghna m’Alla, specjalment fit-talb, hi mument fejn mhux biss inressqu l-bzonnijiet taghna lil Alla imma fejn ahna rridu naghrfu ninbidlu skond dak li Alla jrid minna.

U dan biex Nghix, imma mhux jien, izda jghix fija Kristu.

festa titulari 2009 ...

 

It-Tlieta 30 ta’ Gunju

Hrug ta’ l-Istatwa minn Nicca - Jum l-Ghaqdiet u s-Socjetajiet ta’ Hal Luqa

Fis-6:45pm        Ningabru hdejn l-istatwa ta’ S. Andrija ta’ Wied il-Knejjes u npoggu kuruna f’riglejn l-istatwa. Wara jibda korteo li jghaddi minn Triq il-Karmnu sal-knisja.

Fis-7:00pm        Quddiesa mill-Kappillan fil-knisja bl-omelija animata mit-tfal u wara tigi inawgurata l-gallarija ta’ l-orgni.  Wara jsir il-hrug ta’ Sant’ Andrija min-nicca.

Fit-8:00pm         Insellmu lill-S. Andrija bl-Innu Popolari fuq iz-zuntier bis-sehem tal-Banda Sant’ Andrija.

Nappellaw biex ingibu lit-tfal taghna ghal din ic-celebrazzjoni apposta ghalihom.

 

L-Erbgha 1 ta’ Lulju

L-Ewwel Jum tat-Tridu - Jum l-Emigranti

Fis-6:30pm        Quddiesa kantata minn Dun Kalcidon Vassallo, Kappillan ta’ Hal Balzan, u ex-Kappillan ta’ din il-Parrocca (1980-1985).  Mistiedna specjali huma l-Emigranti li jkunu fostna. 

Jaghmel l-omeliji tal-jiem tat-Tridu, il-Kan. Gorg Bezzina.

Wara l-quddiesa isiru il-Kurunella, l-Innu, l-Antifona u l-Barka Sagramentali.

 

Il-Hamis  2 ta’ Lulju

It-Tieni Jum tat-Tridu - Jum il-Morda u l-Familja

Fid-9:30am        Quddiesa ghall-persuni b’dizabilita’, l-anzjani u morda li jinsabu d-dar, jew residenti f’San Vincenz de Paule, minn Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Provvidenza.

Fis-6:30pm        Quddiesa ghall-Familji minn Dun Alfred Vella, Direttur tal-Kummissjoni Emigranti, u ex-Kappillan ta’ din il-Parrocca (1992-1997) – li din is-sena qed jiccelebra il-25 anniversarju mis-Sacerdozju tieghu.  Mistiedna specjali huma l-koppji mizzewwga li din is-sena jiccelebraw il-25 jew 50 anniversarju taz-zwieg taghhom.

Fit-8:00pm         Prezentazzjoni tat-trabi li twieldu matul is-sena lil S. Andrija.

 

Il-Gimgha 3 ta’ Lulju

It-Tielet Jum tat-Tridu - Jum it-Tfal u l-Vokazzjonijiet

Fil-5:00pm         Qrar     

Fis-6:30pm        Quddiesa kantata minn Dun Albert Buhagiar, Arcipriet tas-Siggiewi, u ex-Vici-Kappillan ta’ din il-Parrocca.  Mistiedna huma t-Tfal u r-Religjuzi, u dawk kollha li ghandhom sacerdoti, patrijiet, jew sorijiet jigu minnhom.

 

Is-Sibt 4 ta’ Lulju

Lejliet il-Festa

Fit-8:00am         Quddiesa ta’ Ringrazzjament mill-W. Rev. Mons. Innocenz Borg, ex-Kappillan ta’ Hal Luqa (1956–1980). Fl-ahhar jitkanta l-Innu ta’ Ringrazzjament, it-Te Deum.

Fit-8:30am         Qrar – sa’ l-10:30am u imbghad mill-5:00pm ’il quddiem.

Fis-6:00pm        Translazzjoni solenni tar-Relikwija ta’ S. Andrija mill-Kappella tal-Madonna tal-Ftajjar ghall-Knisja Parrokkjali fejn isir il-Kant ta’ l-Innu ta’ l-Appostli u l-Antifona ta’ S. Andrija.  Wara jsir il-kant ta’ l-Ghasar u Celebrazzjoni Ewkaristika. Imexxi l-Ecc. Tieghu Mons. Gorg Frendo O.P., Isqof Awziljarju ta' Durres-Tirana.

Fis-7:30pm        Quddiesa minn Dun Rene’ Camilleri.

 

Il-Hadd  5 ta’ Lulju

Jum il-Festa

Fis-6:00am u fis-7:00am          Quddies

Fit-8:30am         Koncelebrazzjoni solenni tal-Festa mmexxija mill-Ecc. Tieghu Mons. Gorg Frendo O.P., Isqof Awziljarju ta' Durres-Tirana.  Jinseg il-Panigierku l-W. Rev. Dun Frans Abdilla.

Fil-11:00am       Quddiesa

Fil-5:30pm         Quddiesa Kantata mill-Kan. Albert Schembri, Kappillan ta’ Hal Gharghur.

Fis-7:15pm        Tibda l-Purcissjoni bl-istatwa titulari ta’ S. Andrija Appostlu, immexxijja mill-Kan. Albert Schembri.

Fl-10:30pm        Ningabru fuq iz-zuntier biex nilqghu l-istatwa ta’ S. Andrija Appostlu.  Fid-dhul taghha, titkanta l-Antifona u tinghata l-Barka Sagramentali.

 

 

Matul il-jiem tat-Tridu jiehu sehem il-Chorus Excelsior taht it-tmexixja ta’ Mro Norbert Camilleri.

Lejlet u nhar il-festa tindaqq il-muzika tal-Cappella Camilleri taht it-tmexxija ta’ Patri Anton Briffa OFM Cap.

Ceremonjier ghal waqt il-funzjonijiet gewwa l-knisja parrokkjali ser ikun Fra Vince Axiaq OFM Cap.

 Fuljett Parrokkjali - Festa Titulari 2009

Aghfas Hawn

aggornament tal-festa ...

 

RITRATTI MILL-FESTA TITULARI 2009

Aghfas Hawn

Liturgija marbuta mas-solennita' ta' Sant' Andrija

Aghfas Hawn

 

 

 INFAHRU LIL SANT' ANDRIJA, IL-QADDEJ TA' KRISTU U APPOSTLU LI GHOGOB LIL ALLA, HU PIETRU U SIEHBU FIL-MARTIRJU

 L-informazzjoni li tidher f'dan is-sit hija bl-approvazzjoni tal-Kappillan u l-Vici.

Hadd ma jista' jikkopja materjal minn dan is-sit minghajr il-permess bil-miktub tal-webmaster.

 

Ritratti li jidhru f'dan is-sit gew mehuda minn Neil Zammit, Joseph u Anton Grima, u James Aquilina