Il-Kappella tal-Ftajjar nbniet fil-bidu tas-seklu 15. L-ewwel prokuratur li jissemma kien Dun Simone Bonnici. Dan kien obbligat li bir-renti li kellu f'Hal Luqa, jaghmel il-festa b'quddiesa u l-vespri, u wara iqassam xi ftajjar lill-foqra fil-jum tal-festa. Minn hawn hareg l-isem tal-Ftajjar. Din il-Kappella nbniet mill-gdid fl-1613 bi flus il-poplu ta' Hal Luqa. L-altar principali kien taht ħnejja u kellu kwadru qadim hafna li juri lill-Assunta u lill-Missier Etern. Il-hitan tal-knisja kienu kollha mpittrin b’affreski li juru xbihat qaddisa, izda illum spiccaw ghal kollox.
Fl-1656 iz-zewg kappelli ta’ San Nikola u tat-Twelid tal-Madonna li kienu f’Wied il-Knejjes gew ipprofanati u l-Isqof Balaguer ordna li l-artali taz-zewg knejjes imsemmija jitwaqqfu mill-gdid f’din il-knisja. Fl-1679, tlestiet il-pittura ta' Santa Marija, u hallas ghalija Tumas Abela li bi flusu wkoll ghamel il-hawt tal-ilma mbierek. Dan il-kwadru ewlieni ta’ Santa Marija hu xoghol mill-isbah li jirraprezenta lit-tlugh fis-sema ta’ Marija Santissima, mdawwra bl-angli u xi qaddisin. F’din il-kappella nsibu wkoll ghadd ta’ lapidi li qabel kienu jinstabu fil-Knisja parrokkjali ta’ Hal Luqa. Imma meta sar il-paviment il-gdid, dawn gew maqlugha u ttiehdu f’din il-kappella.
Bis-sahha tal-Immunita Ekleżjastika, f’din il-kappella bhal f’hafna knejjes ohra Maltin, gieli stkennew fiha xi nies li jkunu xellfu duffrejhom mal-gustizzja. Insibu fost l-ohrajn li fil-25 ta’ Lulju 1652, certu Wistin Falzon harab biex jistkenn f’din il-knisja, wara li ftit qabel inzul ix-xemx fajjar daqtejn ta’ sikkina lil ĠannPawl Scicluna fil-pjazza ta’ Hal Luqa.
Din il-kappella kellha diversi prokuraturi li hadu hsiebha matul iz-zmienijiet. Kif diga semmejna, l-ewwel prokuratur li jissemma kien Dun Simone Bonnici. Fl-1570 dan lahaq kanonku tal-Kattidral, u aktar tard dahal mal-Kumpanija ta’ Gesu’ (Gizwiti) sakemm miet fl-1589 gewwa l-Italja bit-titlu ta’ Penitenzier tal-Kapitlu tal-Knisja ta’ San Pietru ta’ Ruma. Fl-1577 lahaq Dun Luca Bonnici (hu Dun Simone) bhala prokuratur tal-Kappella. Aktar tard jissemma l-prokuratur GianLuca Bonnici, fejn dam fil-kariga sa l-1619. Warajh kien hemm Francesco Mallia u Georgio Bonnici. Fl-1634 jissemmew bhala prokuraturi tal-kappella l-ahwa Francesco u Beneditto Mallia. Fit-18 ta’ Jannar 1653 Beneditto waqqaf legat sabiex wara mewtu titqaddes quddiesa letta kuljum ghar-ruhu f’din l-istess kappella. Wara l-mewt tal-ahwa Mallia, il-prokura ghaddiet f’idejn Imperia Malolia, bint Francesco.
Sa l-1791 meta l-baruni Lorenzo Galea kien il-prokuratur tal-kappella, kienet ghadha ssir quddiesa kuljum fiha. Wara mewtu, uliedu bdew jaghmlu biss sitt xhur quddies u aktar ma beda jghaddi z-zmien aktar bdew jittraskuraw mill-obbligi taghhom.
Tmiss ma' din il-kappella, wiehed isib il-Kappella tat-twelid tal-B.V. Marija. Din inbniet fl-ahhar 30 sena tas-seklu 15
Pitturi antiki hafna, mahsuba li kienu jaghmlu parti mill-Kappella tal-Ftajjar fis-snin imghoddija
Il-Kappella ta' San Gakbu Appostlu nbniet ghall-habta tal-1550.
Il-Kappella tal-Madonna tal-Karmnu li nsibu llum taghmel parti mic-Centru Parrokkjali wara li dik li kien hemm qabel inhattet sabiex seta' jinbena l-ajrudrom. Din il-Kappella inbniet b'parti mill-flus li l-Parrocca rceviet bhala kumpens mill-Ministeru ta' l-Ajru meta twaqqghet il-Kappella l-antika fl-1942. Il-Kappella flimkien mac-Centru tbierket f'Dicembru ta' l-1958 mill-Arcisqof
Il-Kwadru tal-Madonna tal-Karmnu kien sar fl-1897 fi zmien ir-rettur Dun Karm Vassallo. Dan hadem hafna sabiex isahhah id-devozzjoni lejn il-Madonna taht dan it-titlu.

Sa l-1941, kienet tezisti kappella ddedikata lill-Madonna tal-Vitorji. Izda din kella titnehha minhabba li kienet tinsab fit-tarf tar-rahal fejn keient gejja r-runway ta' l-ajrudrom il-gdid. Il-Gvernatur Dobbie kien talab lill-Arcisqof Dom Mauro Caruana sabiex din il-kappella titnehha. Mal-medda tas-snin, iz-zona ta' Hal Farrug kibret gmiela, u ghalhekk fl-1992, il-Kappillan ta' Hal Luqa Dun Alfred Vella bierek Centru Pastorali gdid imsemmi ghal Marija Bambina.
Ic-cimiterju ta' San Tumas jinsab fit-triq imsemmija ghall-istess qaddis li

Fl-epidemija tal-kolera tal-1850, f'Hal Luqa mietu b'kollox 13-il persuna. Dawn indifnu f'dan ic-cimiterju li nbena apposta mill-gvern sabiex jaqta' mill-knejjes id-dfin ta' dawk li jmutu b'mard li jittiehed. Is-Sur James Ciappara isostni illi b'kollox huwa jiftakar mal-43 persuna illi ndifnu f'dan ic-cimiterju.
Il-pesta li laqtet ir-rahal lejn l-ahhar tas-seklu 16 holqot problema kbira minhabba li ma kienx hemm fejn jindifnu l-mejtin. Certu Marjanu Taliana offra l-ghalqa tieghu li kellu magenb il-Knisja ta' Santa Marija ta' l-Ibwar, f'Wied il-Knejjes u b'hekk indena dan ic-cimiterju. Dan kollu jikkonfermah l-Isqof Gargallo fil-vista pastorali tieghu fl-1600. Fl-1771, l-Isqof Pellerano ordna illi l-Knisja ta' l-Ibwar kellha tinhatt minhabba li kienet mitluqa hafna. Fl-1980, grupp ta' voluntiera naddfu dan ic-cimiterju u regghu tawh id-dehra li tixraqlu. Fis-16 ta' Novembru ta' l-istess sena, il-Kappillan Dun Kalcidon Vassallo bierek irhama kommemorattiva u statwa tal-Madonna li thallset
Referenzi:
Hal Luqa, Niesha u Grajjietha - Rev. G. Micallef
Programm tal-Festa Titulari 1997 - Soc. Fil. l'Unione
Hajr lis-Sur James Aquilina ghal xi ritrtati li jidhru f'din is-sezzjoni