|
SENA SACERDOTALI 2009 - 2010
F’gheluq il-150 sena mill-mewt tal-Kurat ta’ Ars, San Gwann Marija Vianney, sacerdot franciz, li ser ikun iddikjarat bhala l-patrun, mhux biss tal-kappillani, imma anke tas-sacerdoti tad-dinja kollha, il-Papa habbar Sena ddedikata ghas-Sacerdozju. It-Tema: “Lealta’ lejn Kristu, Lealta’ lejn is-Sacerdot” Ftuh: 19 ta’ Gunju: Festa tal-Qalb ta’ Gesu’ u Jum it-Talb ghall-Qdusija tas-Sacerdoti - Bit-Talba ta’ Filghaxija – l-Ghasar fil-prezenza tar-relikwi tal-Kurat ta’ Ars. Gheluq: Festa tal-Qalb ta’ Gesu’ tas-sena ta’ wara 2010 b’laqgha dinjija ghas-sacerdoti kollha fi pjazza San Pietru. Pubblikazzjonijiet: 1. ‘Direttorju ghall-Konfessuri u Diretturi Spiritwali’ 2. ‘Gabra ta’ kitbiet tal-Papa fuq is-Sacerdozju: hajja u missjoni fiz-zminijiet tal-lum.’ L-Ghanijiet ta’ din is-Sena: 1. Biex noholqu aktar gharfien u kuxjenza dwar l-importanza tas-sacerdozju fil-Hajja tal-Knisja u tas-Socjeta’ ta’ zmienna. 2. Il-bzonn li tissahhah il-formazzjoni dejjiema – ongoing formation – tas-sacerdoti u s-seminaristi. Appell: Sabiex is-Sacerdoti jkunu prezenti, jingharfu u jidhru mill-fidi, valuri personali u abilitajiet fl-oqsma tal-kultura u l-karita’, li dejjem kienu ghal qalb il-Knisja u fil-qalb tal-missjoni tal-Knisja. Meta lil Kristu nqeghduh fic-centru tal-hajja nisranija ikunu nistghu naghmlu evalwazzjoni tajba tas-sacerdozju ministerjali, u naghrfu li s-sacerdozju li kull nisrani hu fid-dmir li jghix permezz tas-Sagrament tal-Maghmudija, ghandu jkun mheggeg u jheggeg lis-sacerdoti mmarkati bl-ordni sagri, li minghajru ma jkollniex Ewkaristija, la missjoni, u lanqas Knisja. |
|
Aghfas Hawn sabiex issegwi dak li qed jigri mill-Vatikan Aghfas Hawn sabiex taqra materjal relatat |